Familja ġdida għal Ken.

Darba waħda ġo restorant kien hemm mara jisimha Mary u raġel jismu Toni, kienu qedgħin jieklu u jħarsu lejn ritratt mwaħħal mal-ħajt ta' tfal fqar indjani jġorru l-ilma fuq rashom biex jkollhom x'jixorbu. Ħarsu lejn xulxin u ddeċidew li jaraw x'jagħmlu biex forsi jaddottaw tarbija għax huma ma kellhomx tfal.

Marru l-Appoġġ u tkellmu biex jaraw x'hemm bżonn jagħmlu biex jaddottaw tarbija, u wara li lestew il-karti kollha li kien hem bżonn, qalulhom li jistgħu jaddottaw tifel mill-Indja jismu Ken. Wara xi ftit żmien, Mary u Toni siefru lejn l -Indja biex imorru jiltaqgħu u jġibu magħhom lil Ken. Kif waslu l-Indja marru fl-istitut fejn kien hemm Ken u x'ħin iltaqgħu flimkien Mary u Toni kienu eċitati mmens imma Ken kien naqra mbeżża' għax ma kiex għadu ma jafhomx imma ma damx wisq ma beda jħossu komdu u beda jilgħab magħhom. Wara jumejn Mary Toni u Ken qabdu l-ajruplan lura flimkien lejn Malta u tgħidx kemm kienu ferħanin fimkien, u Mary u Toni qatgħu xewqithom u saru ġenituri.

Xtrawlu ħafna ġugarelli u affarijiet sbieħ għall ġol-kamra sabiħa li kienu lestewlu min qabel. Ħaduh jiltaqa' man-nanniet, zijiet u kuġini u beda jħossu kuntent immens fil-ħajja ġdida tiegħu ma' Mary u Toni u mal-ġeru l-ġdid li xtrawlu biex ikollu iktar ma min jilgħab. Wara xi żmien reġgħu marru flimken jieklu f 'dak r-restorant u din id-darba kienu familja ta' tlieta mhux tnejn.

Kuljum kien jgħidilhom grazzi kbira lil ommu u lil misseru tal-ħajja l-ġdida li tawh u tal-imħabba li jtuh kuljum.