Ittra Elettronika


Lil: Yasmin@ilearn.edu.mt

Mingħand: Darwyn@ilearn.edu.mt

Suġġet: Messaġġ ta' Ringrazzjament

Data: 02/06/2020


Għażiża Yasmin,


Nispera li tinsab tajba. Illum iddeċidejt li nibgħatlek dan il-messaġġ sabiex nirringrazzjak talli l-ġimgħa l-oħra għamiltli għeluq snini speċjali.



Dan kien l-ewwel jum li konna qattgħajna flimkien f'dik il-ġimgħa. Inti ħadtni ġurnata l-baħar fejn għamiltli sorpriża. Stidintli lill-ħbieb tiegħi għall-festin ħdejn il-baħar għall-għeluq snini. Nixtieq nirrigrazzjak ta' kemm armajtli t-tinda sabiħa u tal-kejk li għamiltli tal-plejer favorit tiegħi, Ronaldo. Din kienet ġurnata speċjali għalija għaliex qattgħajtha mal-ħbieb. It-tieni jum li qattgħajna flimkien kien is-Sibt. Inti u jien iddeċidejna li nqattgħuh flimkien naraw xi vidjo fuq il-futbol. Nirringrazzjak talli sajjartli l-platt favorit tiegħi, pizza margerita u tazza koka.



Dawn il-jumejn li qattgħajna flimkien mhux ħa ninsihom qatt u l-kartolina li inti tajtni se nibqa' ngħożża għal ħajti kollha għaliex fiha ritratt li jfakkarna fil-ħbiberija sinċiera ta' xulxin.


Tislijiet,

Darwyn