F'LEJLA SPEĊJALI


Fl-aħħar Sibt ta' Settembru jsir Żejt iż-Żejtun. F'din l-attività jkun hemm ħafna nies. Hawnhekk tkun tista' tara wkoll kif isir iż-żejt taż-żebbuġa. F'Żejt iż-Żejtun ikun hawn ħafna mwejjed bl-ikel tradizzjonali fosthom bigilla, ħobż biż-żejt, bebbux u kirxa. Apparti hekk ikun hemm raġel bil-wirjiet tal-karozzi maħdumin bl-injam. Ħafna nisa li jkunu libsin ilbies tradizzjonali jibdew jaħdmu l-bizzila biċ-ċombini u xi xogħol tal-idejn ieħor. F'din l-okkażżjoni jiġu ħafna nies minn barra r-raħal. L-iktar sezzjoni li togħġobni hi fejn ikun hemm l-annimali u jkun hemm xi rġiel jgħannu. Dawn l-attivitajiet huma ħafna nteressanti għax huma affarijiet li nħobbu aħna l-Maltin.