Il-magna taż-żmien




Kont ili neqred biex immorru sal-Mużew tal-Misteri tgħidx kemm. Sa fl-aħħar missieri ddeċieda li nżuruh. Kien ilu li fetaħ biss xi ftit ġimgħat qabel u issa kont se naqta' xewqti. Kienet ġurnata mill-isbaħ kif taf tagħmel fir-rebbiegħa. Tlajna fil-karozza u tlaqna. Kont fuq ix-xwiek sakemm naslu f'dan il-mużew.


Meta wasalna qtajna il biljetti u dlonk bqajna deħlin ġewwa. Ħassejtni ferħana se ntir. Tgħidx kemm rajna affarijiet strambi imma l-aktar ħaġa li ġibditli l-attenzjoni kienet magna forma ta' ballun kbir u nota li ħadd ma kien jaf x'inhu l-użu tagħha . Mort biex nieħu stessu u ma nafx kief spiċċajt bilqiegħda go fiha. Smajt xi ħaġa ddur..............rajt kollox idur bija...u fleħħa ta' berqa insib ruħi fit-tajn...f'daqqa waħda ħassejt xi ħaġa tiċċaqlaq taħt saqajja. Ħaġa tal-iskantament, kienet ħuta li qaltli biex nitlaq nigri kemm niflaħ. Jien bqajt iċċassata.


Smajt xi storbju u twerżieq ġej mill-bogħod u ħarist lejn dik id-direzzjoni. Indunajt li kont qiegħda bejn żewġ ħitan tal-ilma għoljin. L-għajjat kien ġej miż-żewġ naħat. Malli ħarist lura rajt ħafna suldati lebsin armaturi jlellxu u rekbin fuq iż-żwiemel u l-karrijiet. Indunajt li dawk kienu is-suldati Eġizzjani jiġru wara il-Lhud b'Mose' fuq quddiem.


Tani ferħ ta' ġenn! Indunajt li l-magna ħaditni lura fi żmien l-Eżodu meta l-Lhud ħarġu mill-Eġittu. Tlaqt niġri b'saqajja ma' dahri lejn id-direzzjoni tal-Lhud. Dik il-magna kienet magna taż-żmien! Bdejt misma' l-Eġizzjani joqorbu b'passi mgħaġġla. Qalbi bdiet tħabbat sitta sitta. Ma kienx mużew tal-Misteri! Ħassejt id taqbadni minn spallti u fil-pront nara l-magna ġejja quddiemi. Qbiżt għal ġo fiha bi twerżieqa li ttarrax u rajt kollox idur bija.


F'daqqa waħda sibt ruħi mal-art ġol-mużew fil-magna. Missieri kien qed iħares lejja abjad karti. Kollox ġara f'tebqa t'għajn u meta spjegajt lil missieri, baqa' b'ħalqu miftuħ. Esperjenza tal-biża' imma fl-istess ħin eċċitanti....spiċċajt fuq il-ġazzetti kollha tad-dinja....




Tmiem.