L-Isport Favorit Tiegħi

Jien inħobb niġri, u darba rċivejt karta minn tal-iskola ta' 'Sports Malta'. Bdejt infittex fuq sport tal-ġiri u għajnejja marru fuq l-Atletika. Għidt lil ommi fuq dan l-isport u saqsejta jekk nistax immur.


Bqajt nipprattika l-Atletika għal sentejn u mpruvjajt ħafna. Fil-bidu, kont immur Ħal Kirkop u issa mmur il-Marsa mat-tim 'Rush Athletic Club'. Għamilt ħafna ħbieb ġodda u nitħarreġ darbtenjn fil-ġimgħa. S'issa qatt ma ħadt sehem f'kompetizzjoni għax nixtieq inkun aktar ippreparata.


L-ewwel ħaġa li nagħmlu huma d-'drills' bħas-'scissors' u l-'jogging' madwar it-trakk kollha. Imbagħad naqbdu niġru l-ħila kollha tagħna u nagħmlu t-tlielaq. Xi drabi, nagħmlu l-attivita' favorita tiegħi li hi l-'long jump'. Din tikkonsisti f'biċċa mimlija ramel u aħna nieħdu ġirja u nippruvaw naqbżu fih l-aktar metri possibli. Attivita' oħra li nieħu gost nagħmel hija r-'relay'. F'din inkunu grupp ta' erba' atleti kontra gruppi oħra, fejn l-ewwel atleta tmur tiġri u kif tasal għand l-atleta l-oħra titlaq tiġri hi. Il-grupp li jasal lura l-ewwel jirbaħ.


Dan l-isport vera għall-qalbi għax jgħinhi nżomm ruħi attiva u nixtieq li l-quddiem, jkolli suċċess fih.