Kont fuq is-sufan qed naqra ktieb.

Kont fuq is-sufan qed naqra ktieb meta f'daqqa

waħda s-sufan u l-kuxin bdew ikellmuni u ma ħallewnix naqra iktar.

Sufan:  Ej! Qum min fuqi. Kemm int tqila! (Irrabjat)

Kuxin:  Uweja! Tagħmilx għaġeb, dik tifla ta!(daħkana)

Jien:  Ajma ħej x'qatgħa tajtuni! Mela intom titkellmu ?


Kuxin:  Iva! Imma propja bejnietna biss!

Sufan:  Ħeq bilfors ridt niġbidlek l-attenzzjoni daqs kemm int tqila.

Jien:  Skuzani! Ma kontx naf li qed inweġġgħek.

Kuxin:  Tagħtix kasu sabiħa. Dak jgħaġġibhom naqra.

Sufan:  Kont se ngħidlek x'nagħmel! (Irrabjat)

Jien:  Aqtgħuha! Tiġġildux.


Kuxin:  Prosit tassew! Kemm taf taqra.

Sufan:  Aħna kuljum nisimgħuk taqra xi ktieb.

Jien:  Veru? Lanqas kont naf!

Kuxin:  Tista' tagħmili pjaċir?

Jien:  Għidli!

Kuxin:  Ressaqni naqa fil-ġenb l-ieħor jekk jogħġbok.

Jien:  Iva mela le, tajjeb hekk?

Kuxin: Għall-erwieħ! Grazzi ħafna.

Jien:  Ta xejn! L-aqwa li sibtni ta' għajnuna.

Sufan:   Imnalla kont int għax taf kemm ilha teqred.


Jien:  Ħadt pjaċir nitkellem magħkom imma issa irid imur f'kamarti naqra l-ktieb.

Kuxin:   Tista' toħodni miegħek ħa nisimek taqra ?

Jien:  Iva mela, basta ma ttellifnix!

Aqleb il-paġna