Vjaġġ fuq tal-linja.


Kien Nhar is-Sibt filghodu u jien mort dawra b'tal- linja sa' Wied iż-Żurrieq ma ommi u missieri.

Kont bilqegħda fit-tieni post bejn ommi u missieri. Kont qiegħed nilgħab logħba bit- teblit. Il-ħin kien is-sebgħa u nofs ta filgħodu.


Fuq tal-linja kien hemm ir-rassa. Kien l-eqqel tas-Sajf f'Awwissu u konnha qisna f'kaxxa tas-sardin. Kien hemm koppja anzjani, hu bil-bastun u hi sserrah mieghu.

Dawn biex jitkellmu jgħajjtu bejniethom, jien naħseb li xi ħadd minnhom ma jismax.


F'daqqa waħda xammejt riħa ta' qrusa qawwijja. Tela' wieħed raġel miksi bit-trap minn fuq s' isfel wara ġurnata jaħdem fil- ġebel. Miskin!


F'ħin minnhom telgħat waħda mara b'tarbija tibki f'idejha. Ma kienx hemm fejn tpoġġi bil-qegħda għax tal-linja kienet mimlija daqs bajda. Jien qomt u ċedejtilha posti. Hi rringrazjatini u poġġiet. Ommi u missieri qabdu jittkellmu magħa u jien qat nilgħab mat-tarbija.


Fl-aħħar wasalna Wied iż-Żurrieq. Jien ħadt ir-ruħ għax stajt nieħu naqra nifs frisk bir-riħa tal-baħar.