Il-Kejk ta' Marjo u l-kelb



Omm Marjo għamlet festin żgħir għal għeluq sninu. Il-kamra kienet imżejna bil-bżieżaq ikkuluriti. Fin-nofs tal-kamra kien hemm mejda mżejna bil-kejk ta' Marjo. Kif daħal Marjo beda juri lil ommu li ried biċċa kejk.


F'salt wieħed fil-kamra daħal il-kelb kannella tagħhom Dingo. F'daqqa waħda Dingo beda jinbaħ. Marjo u ommu bdew jingustawh għax ma kinux jafu x'ser jiġri.


Marjo niżel mal-art ifissed lill-kelb. Marjo nesa li kellu l-kejk f'idejh. Dak il-ħin il-kejk iżżerżaq minn fuq il-plattina bla ma nduna. Ommu nħasdet għax ħasbet li Dingo ser jigdem lil Marjo.


Il-kejk ta' Marjo spiċċa mal-art. Kemm feraħ Dingo xħin ra l-kejk nieżel mal-art! Fil-pront ħataf il-kejk u telaq jiġri!