Spettaklu ta' talenti

Waħda mill-partijiet li setgħet tmur aħjar kien li seta' jkun hemm siġġijiet iktar komdi, imma tikber u titgħallem għax sena oħra jkun aħjar. L-aħjar ħaġa kienet is-sound kif ukoll li t-tfal kienu ppreparati. Nista' ngħid li dan l-ispettaklu kien suċċess.



Nhar l-għoxrin ta' Diċembru 2019 fis-Sala tal-iskola sar spettaklu ta' talenti. L-ispettaklu kien jismu Żejtun Primary B Talent Show. Dam sejjer sagħtejn u kien hemm mitejn ruħ. Is-sala tal-iskola kienet ippakjata sa ruħ ommha.

It-tfal tal-iskola kollha setgħu jieħdu sehem. Kien hemm ħmistax-il parteċipant. Kien hemm żfin sabiħ, kant modern, akrobaziji u reċta tad-daħq. Kulħadd kien eċitat ħafna imma kulħadd ried jagħmel l-aħjar li jista'.

Wieħed mill-aqwa talenti li kien hemm kienet ir-reċta. L-atturi faqgħu lil kulħadd bid-daħk. Mal-udjenza niżet għasel għax tgħidx kemm ċapċpulhom. L-iktar ħaġa tal-biża' li ġrat waqt l-ispettaklu kienet meta tifel li kienet qed jagħmel l-akrobaziji waqa'. Weġġa' saqajh għax kien jidħer li muġugħ. Kien hemm tabib fis-sala li tah l-għajnuna sakemm ħassu aħjar.

In-nies biex daħlu jaraw l-ispettaklu ħallsu €3.50. Ilf-flus li nġabru mis-sala marru għall-Community Chest fund. Fost l-udjenza, kien hemm il-President ta' Malta, l-Eċċellenza tiegħu, it-tabib George Vella. Il-President ħa pjaċir jara lill-istudenti fuq il-palk. In-nies ukoll ħadu gost għax kien jidher li kien hemm entużjażmu, ċapċip u ferħ.