Waħdi fuq gżira diżabitata


        Jiena u ħbiebi konna fuq dgħajsa imma f’daqqa waħda infetħu

bwieb is-sema u ħakmitna tempesta qalila. Mewġ qawwi u għoli qalbilna d-dgħajsa u lili firidni minn ma’ sħabi.


        Xħin qomt sibt ruħi fuq gżira diżabitata. Ma kontx naf fejn

qiegħed imma ndunajt li kont waħdi u ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Kienet

gżira pjuttost ċkejkna mhux ikbar minn xi raħal. Ridt nesplora dil-gżira. Kien

hemm siġar tal-palm u tal-kowkonat. Qabadni l-għatx allura qsamt il-kowkonat

min-nofs u tgħidx kemm ffriskani l-ħalib tagħha!


        Issa żaqqi bdiet tgorr. Mort ħdejn il-baħar u għodost biex

forsi naqbad xi ħuta. B’xorti tajba ma qbadtx biss ħuta waħda imma saħansitra

tnejn! Qabbadt in-nar bili ħakkejt żewġ ġebliet żgħar ma’ xulxin flimkien ma’

ftit zkuk. Hekk stajt nixwi l-ħut. Kemm niżluli għasel dawk iż-żewġ ħutiet!


        Beda riesaq il-lejl u bdejt inħoss kesħa xxoqq il-għadam u

biex tgħaxxaqha bdiet tqattar ukoll ix-xita. Ftit’il bogħod ilmaħt għar żgħir u

ġrejt b’kemm kelli saħħa biex nistkenn ġo fih. Għaddejt il-lejl rieqed ġol-għar

mgħotti bi ftit weraq tal-palm li kont sibt fil-viċin. Dak il-ħin bdejt

nimmissja ħafna lid-dar u lill-familja.


        L-għada qomt minn sbieħ Alla b’qalbi maqtugħa li għad jiġi xi

ħadd isalvani. Fuq ix-xefaq rajt dgħajsa toqrob lejn il-gżira. Indunajt li

kienu sħabi akkumpanjati ma’ tim tas-salvataġġ.