Ittra Elettronika


Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catania@posta.com.mt

Data 12.7.18

Suġġett Il-vaganzi tas-sajf


Għażiża Magda,


Jiena ninsab tajba grazzi. Nispera li inti wkoll. Jiena qed inqatta' s-sajf billi nilgħab bil-ġugarelli tiegħi. Inmorru l-baħar spiss u nilagħbu bil-ballun. Is-sħana toqtol u x-xemx taqli l-ankri fejn il-baħar. Qed iddejjaqni din is-sħana, pero' meta nmur ngħum niffriska fil-baħar kiesaħ. Nieħu gost ngħum u nixtri xi ġelat tal-frawli. Dejjem inmur il-baħar ma' ħuti u nieħdu ħafna gost. L-art tkun tixwi Magda! Nieħu gost naqra kotba tad-daħk filgħaxija.


Magda, il-ġenituri tiegħi ħallewni niġi għandek għal ġimgħa sħiħa! Tajjeb għalik? Fittex narak. Kemm ħa nieħdu gost flimkien!



Tislijiet,


Emily