Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta’ wieħed mill-karattri ta’ ktieb li

qrajt


Is-Sibt, sitta u għoxrin ta’

Ġunju, 2020

Fit-tmienja ta’ wara nofsinhar.



Għażiż djarju,



Illum kienet ġurnata avventuruża!

Mort inqajjem lil Wendy u lil ħutha.  Kien għadu qed ibexbex meta mort inkiss inkiss id-dar tagħhom biex inqajjimhom. Jiena għidtilhom li għandi sorpriża.  Lanqas ilħaqt spiċċajt il-kelma, li permezz tal-maġija li għamiltilhom bdew itiru bħali.


Dlonk ħriġthom barra mid-dar biex jaraw il-kampanja u l-veduti meraviljużi mill-għoli. Stajna naraw l-għelieqi fil-kampanja qishom twapet ħodor mifruxin ma' kullimkien.  Id-djar, il-karozzi u n-nies kienu qishom pupi żgħar minn dak l-għoli.  Konnha qisna għasafar intiru.


Għall-ewwel Wendy u ħutha kellhom imsarinhom f’saqajhom imma bil-kuraġġ li għamiltilhom ħassewhom fil-ġenna tal-art.  Kienet l-ewwel esperjenza tagħhom li jtiru matul il-ġurnata. 

Ġibt għajnejja wara widnejja bis-sbuħija li rajna.


Din il-ġurnata kienet speċjali għalina kollha li naraw ambjent minn hemm fuq fid-dawl tal-ġurnata, imma xorta konnha imwerwrin minħabba l-pirati.  Ghalhekk ma stajniex intiru fuq

il-baħar.  Kemm nixtieq li nkun nista’ intir iktar liberu matul il-ġurnata.


Peter Pan