Waħda Tinkiteb !




Meta kont żgħir, kont qed niekol bil-furketta tal-plastik. F'daqqa waħda, gdimt l-ikel bis-saħħa u kissirt żewġ ponot tal-furketta. Jiena blajt dawn il-ponot mal-ikel. Il-ġenituri tiegħi ħadu qatgħa kbira! Ħaduni l-isptar malajr. Fortunatament il-ponot li blajt ma għamluli xejn għax kienu tal-plastik.


Kont għamilt waħda tinkiteb u ma ninsiha qatt! Għandi dejjem niekol bil-mod u bl-attenzjoni !