Pasti tal-ġamm


1. Nhar is-Sibt għamilt riċetta tajba u bnina mal-mama'.

2. Ġibna l-ingredjenti u r-reċipjenti biex nagħmlu l-pasti bil-jam.

3. Ingredjenti kellna bżonn: butir, bajda kbira, ħalib, dqiq, melħ, zokkor, ġamm tal-frawli u 'baking powder'.

4. Biex għamilna l-pasti użajna: miżien, furketta, sikkina, kontenitur, passatur, mgħarfa, buqar tal-kejk, turtiera tal-pasti u magna biex inħalltu t-taħlita.

5. Xgħelna l-forn u dellikna t-turtiera bil-butir.

6. Ħallatna l-butir, il-ħalib u l-bajda ġo kontenitur.

7. Wara ħallatna d-dqiq, il-melħ, il-'baking powder' u z-zokkor.

8. Poġġejna ftit taħlita fit-turtiera, tfajna ftit ġamm u erġajna poġġejna aktar taħlita.

9. Sajjarna l-pasti fil-forn għal 25 minuta.

10. Ħriġna l-pasti u kif kesħu, l-familja kollha ħadet waħda ma' tazza te.