Il-Magna taż-Żmien


Darba jien u l-ħabiba tiegħi Breana, li ili nafha ħajti kollha kellna avventura. Mort id-dar ta' Breana u għidtilha biex immorru mixja. Waqt il-mixja Breana sabet kaxxa kbira. Jien għidtilha li dik kienet magna taż-żmien. Il-magna taż-żmien kienet kbira u maġika. Kienet taħdem bil-wajers ukoll. Jien għidtilha biex nitilgħu ġo fiha u Breana qaltli "Iva".


Meta morna kien is-Sibt filgħodu. Kienu s-sebgħa u nofs u t-temp kien xemxi. Domna minuta biex wasalna u xħin wasalna ħalqna baqa' miftuħ għax sibna ruħna fi żmien id-dinosawri u l-iktar li bqajna ċċassati li aħna konna Malta u spiċċajna fi żmien id-dinosawri. Il-post kien differenti ħafna. Bdejna nimxu u rajna dinosawru kbir u feroċi. Jien u Breana ħadnielu r-ritratti u bdejna nibżgħu ftit. Breana marret ħdejh u jien mort magħha, imma jien werżaqt bil-biżgħa kif rajt it-T-rex. Jien u Breana tlaqna niġru b'kemm kellna saħħa. It-T-rex beda jiġri warajna, sibna karozza mkissra u staħbejna warajha, imma d-dinosawru sabna. Għalhekk Breana qabdet tibki. Ħasbet li ħa tmut. Wara ftit sibna l-magna taż-żmien, imma kienet imkissra.


Jien għidt lil Breana biex toqgħod ħdejn il-magna taż-żmien sakemm jien immur insib xi affarijiet biex nirranġaha. Domt xi siegħa imma sibt xi ħaġa li biha forsi kienet ħa taħdem u fl-aħħar irranġajtha. Ħabibti bdiet taqbeż bil-ferħ. Tlajna lura d-dar u xħin wasalna għidna lill-familja tagħna li konna ħadna ħafna ġost.