Kif qattajt il-vaganzi tas-sajf.







Hekk kif spiċċat l-iskola bdew il-vaganzi tas-sajf. Kelli sajf mimli daqs bajda għax żort ħafna postijiet. Fosthom mort darbtejn Għawdex, lukanda f'Malta, Sezzjonijiet mal-''Malta Libraries,''u fl-aħħar u mhux l-inqas l-attivitajiet tal-bini tal-lego.


Lejn l-aħħar ta' Lulju mort Għawdex mal-ħabiba tal-familja għal ġimgħa sħiħa. Kemm ħadt gost meta għomejna ''pixxina.'' Imbagħad mort għat-tieni darba fl-istess post mal-familja tiegħi u mort f'restoranti mill-isbaħ. F'Awissu mort fil-lukanda d-db tal-Qawra. Din kienet esperjenza ġdida għalija għax qatt ma' mort f'lukanda ġo Malta. F'din il-lukanda nżilna minn kamritna u morna nieklu l-kolazzjon. Qalbi kienet se tinqasam bir-riħa tfuħ li kien hemm. Imbagħad morna nippraparaw għal ''pixxina.'' Ma stajtx nemmen lil għajneja lil kien hemm żewġ ''pixxini'' barra u tlieta oħra ġewwa. Wara tlajna f'kamritna, nħsilna u morna għall-ikla ta' filgħaxija u rrepetejna l-istess ħaga għal tlett ijiem.


Kull ħmistax kont immur għas-sezzjonijiet tal-''Malta Libraries.'' Kelli l-opportunita biex naħdem il-bizzila għall-ewwel darba. It-tnejn l-oħra kienu fuq il-kura u r-restawr tal-kotba, apparti li stajt ingawdi sbuħija tal-biblijoteka. Kull nhar ta' sibt kont immur l-attivitajiet tal-bini tal-'lego.' Fejn hemm kont nibni mudelli bil-lego u kont ngħamillhom il-makkinarju biex jiċċaqalqu.


Għalhekk kif wieħed jista' jara f'dan is-sajf kelli ħafna esperjenzi differenti. Fejn fihom striħajt, tgħallimt u għamilt ħbieb ġodda. Iżda meta wasal nofs Settembru kont ħerqana biex nerga' immur lura l-iskola.



Deborah Gauci 6.1Red