Dakinhar li Ntlift

Ħabtet il-ġurnata tal-Ħamis u morna l-Belt Valletta biex niċċelebraw il-bidu ta' sena gdida ma' ommi u missieri.

6X'ħin wasalna bdejt nisma' ħafna mużika u nar tal-ajru . Bdejna inxommu ħafna irwejjaħ ta' ikel differenti.Kif ukoll beda jintella b'ħafna nies.Fil-waqt li bdejna induru rajna li sar il-ħin tal-ikel u morna nieklu fil-ħanut favorit tieghi.L-ikel ma tantx dam u kien dekorativ għal okażżjoni.Wara li kilna ħallasna u minnhu fiħ morna f'pjazza San Ġorġ fil-Belt stess.

Min hemm u min hawn irnexxilna nsibhu fejn inkunu nistgħu naraw sew.Kien hemm spettaklu sabiħ tan- nar tal-ajru u jien iċċasajt lejħ.Bil-folla li kien hemm lanqas stajt nara lil ġenituri tiegħi hu minn jinbotta minn hemm u min l-hawn li spiċċajt intlift.

Tatni rasi hu bdejt nitla fuq il-ponot ta' saqajja . Mort lejn l-aktar ħanut qrib li kien hemm biex nitolbu jgħinni hu aċċetta minnufih.Hu daħal idu fil-but u ħareġ il-mowbajl biex incempel lil ġenituri tiegħi.Bill-pacenzja kollha hu prova jikkalmani u qagħad bilqiegħda ħdeja.Wara li domt ftit tal-ħin mhux ħazin nistenna rajt lil ġenituri gejjin jiġru b'nifishom maqtuħ .Qomt minn bilqeda u mort nigri għal fuqhom.Ommi u missieri irrinġrażjaw lil dan ir-raġel tal-għajnuna li kien tagħni.





Dan ir-raġel bqajna b'kuntatt ta' ħbiberija kull darba li immorru l-Belt u jien hadt it-tagħima ukoll.





























































































































h