Id-djarju ta' Dora


L-Erbgħa 6 ta' Ġunju 2020


It-tmienja ta' filgħaxija


Għażiż djarju,


Illum kienet waħda mill-isbaħ ġranet ta' ħajti. Fl-aħħar kienet waslet il-ġurnata li flimkien ma' sħabi tal-klassi u l-għalliema mmorru avventura ġol-ġungla.


Tlaqna kmieni filgħodu u kif wasalna indunajt li l-ħabib tiegħi Boots kien ġol-basket. Kemm hu mqareb dan Boots, ix-xadina tiegħi! Bdejna mixjin u f'ħin minnhom iltqajna ma' raġel li qalilna li kien qed ifittex teżor. Kien esploratur bħali! Boots u jien morna miegħu biex naraw insibux teżor.


Wasalna ġo għadira tajn u bdejna naqbżu kemm nifilħu fiha. Imma f'daqqa waħda t-tajn beda nieżel bina. Imnalla ġew it-tfal tal-klassi għax salvawna! L-esploratur beda jissuppervja u ma riedx għajnuna. Inżilna niġru ftit 'l isfel u rajna saqajh. Ġbidnihom u salvajnih.


Wara ftit tal-ħin indunajna li dan ir-raġel ma kienx onest. Daħak bina għax wasalna f'post li ma kellniex immorru fih. Kont vera ffortunata li ltqajt mal- ġenituri tiegħi u dawn huma esperti fil-ġungla u salvawna.


Illum tgħallimt li nies li ma nafx m'għandix inkellimhom jew nafdahom.


Xorta kienet ġurnata li mhu se ninsa qatt.


Hola soy Dora!