Il-Ħadd li għadda mort piknik mal-familja tiegħi u mal-familja tal-ħabiba tal-qalb tiegħi li jisimha Alisha.

Ħadna magħna żewġ kutri, il-mejda li tinfetaħ, żewġ pizez, torta tal-irkotta u oħra tal-inċova.

Ġibna wkoll ftit ħobż biż-żejt, x'nixorbu, ir-rota tiegħi, ftit ġugarelli minn ta' ħija u l-ballun l-aħdar li tani iz-ziju għal għeluq snini. Meta konna l-piknik aħna soqna r-rota tiegħi u ta' Alisha. Tgħidx kemm ħadna pjaċir! Wara ftit bdejna nilagħbu bil-ġugarelli għax għajjejna naqdfu. Lgħabna ftit bil-ballun u kilna biċċtejn pizza.

Wara li kilna morna mixja u xtrajna ġelat tal-vanilla kull wieħed imma ħija ried granita kull kulur. Il-ġelat niżlilna għasel wara l-mixja twila li mxejna! Imbagħad striħajna ftit u erġajna morna lura ħdejn il-papa' tiegħi u t'Alisha. Donnu l-ġelat ma kienx biżżejjed, għax meta l-mama' t'Alisha offritilna biċċa kejk milli sajjret hi stess, aħna ħtafniha fil-kelma. Ftit wara ndunajna li kien sar il-ħin biex immorru d-dar għax kien se jaqbad jidlam. Il-ħin qas rajnieh għaddej daqs kemm ħadna pjaċir nilagħbu u nieklu flimkien! L-iktar li se' nibqa' niftakar meta konna qegħdin nilgħabu bil-ballun u meta ħadna dak il-ġelat delizzjuż!

Meta mort piknik