Il-ħanut tal-illużjonijiet ul-bużżulotti.

Jekk inti taħseb li l-magija ma teżiżtiex għandek bżonn terġa' taħsibha sewwa, minħabba

li dan il-ħanut maġiku li jinsab il-Belt Valletta jista jħallik b'ħalqek miftuħ!

Dan il-ħanut jismu "Dar il-Maġija" u jinsab fi triq prinċipali u ħafna nies imorru jixtru minn hemm,

l-iktar in-nies li jħobbu jiċċajtaw u jagħmlu ċ-ċajt. Xi drabi anki t-tfal jixtru minn dan il-ħanut. Minn barra, l -ħanut jidher vera uniku, ikkulurit immens b'tikek kbar blu u sofor b'tabella tghid, "Dar il-Maġija". Il-ħanut għandu vetrina b'ħafna affarijiet ġo fiha bħal snien foloz, maskri, muniti li jisparixxu, kpiepel, mantelli u ħafna aktar!

Il-vera ħanut tal-maġija. Darba waqt li kont miexi l-Belt rajt dan il-ħanut u vera qabditni kurżita' biex nara x'kien hemm, allura dħalt. L-ewwel ħsibt li kien jidher stramb minn barra imma deher ħafna iktar uniku x'ħin dħalt ġewwa, minħabba li kellu ħafna kuluri u disinji differenti. Il-ħanut kollu kien jidher qisu llużjoni! Smajt sid il-ħanut jgħidli, "Ħelow, merħba x 'jogħġbok minn dawn l -affarijiet kollha tal maġija?" Jiena bqajt skantat nħares 'l hawn u 'l hinn nifli b 'reqqa kbira kull ħaġa quddiem għajnejja u wara ftit weġibtu, "Ma nafx eżatt, x għandek x'turini?" Sid il-ħanut weġibni li għandu diversi affarijiet li jistghu joġħġbuni, fosthom muniti li jisparixxu, likwidu splusiv u kellu wkoll ħafna maskri li jbiddlu l-uċuħ. Bdejt naħseb li mmur nagħżel u nara ftit, sakemm rajt kamera tar-ritratti tidher daqxejn stramba. Staqsejt lis-sid x'tagħmel eżatt u minnufiħ weġibni li dik kamera tieħu ritratti tad-daħk ħafna.

Jiena, x'ħin smajt li tieħu ritratti tad-daħk ħsibt li nixtrieha biex nużaha fuq il-membri tal-familja biex nkunu nistgħu nidħku flimkien. Wara rajt ukoll il-muniti li kellhom tabella li kienet tgħid "Muniti li jisparixxu" u xtrajt lilhom ukoll. Wara xi nofs siegħa tlaqt mill-ħanut u ltqajt ma' sħabi u għidtilhom kollox dwar il-ħanut tal-maġija u l-kamera tar-ritratti u l-muniti u wrejthom naqra maġija u huma baqgħu b ħalqhom miftuħ.

Dak il-ħanut tal-maġija huwa l-favorit tiegħi mill-ħwienet kollha li jinsabu l-Belt Valletta.