IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR

Għodwa waħda kien hemm raġel u ddeċieda li jmur jistad u miegħu ħa lit-tifel tiegħu.

Huma kienu qegħdin bilqegħda fuq il-blat jistadu. In-nies li kienu għaddejjin staqsewh jekk

qabadx ħut u hu qalilhom li kien qed jaqbad ħafna ħut. F'dak il-ħin it-tifel qam jiġri u

qaleb il-barmil li minnu ma ħarġitx lanqas ħuta waħda. In-nies malajr indunaw li ma kien

qabad xejn u b' hekk qalu,"Sewwa jgħidu li l-giddieb għomru qasir."