Il-Merill.



Hawn tip ta' għasfur li joqgħod Malta u jismu il-Merill. Il-kuluri li għandu huma blu ċar u kannella bl-aħdar. Dan hu għasfur kbir. Dawn l-għasafar jgħixu fl-irdumijiet ħdejn il-baħar u fil-widien. Il-Merill ibejjet fl-irdumijiet. Dan l-għasfur ma jpassix għax jibqa' dejjem Malta. Jissejjaħ għasfur nazzjonali ta' Malta għax hu għasfur rari u prottet bil-liġi. Il-Merill ma jistax jinqabad. Huwa jiekol dud, gremxul, ġurati u frott. F'pajjiżna naraw għasafar oħrajn bħal pitiross, iċ-ċikonji u għasafar tal-bejt. Irridu nsiru iktar konxji biex nipproteġu dawn l-għasafar fil-beraħ.