Intervista ma' karattru animat

Jien: Illum magħna għandna lil Benji li huwa karattru tassew ferrieħi. Benji, inti f'liema film ħdimt?


Benji: Jiena ħdimt fil-film 'The Helping Dog'.


Jiena: Dan il-film meta ntwera u fuq liema stazzjon?


Benji: Il-film intwera fid-29 ta' Ġunju tal-2017 u fuq l-istazzjon tal-kartuns.


Jiena: Għaliex għażilt li taħdem f'dan il-film?


Benji: Għażilt hekk għax ridt ngħati eżempju ta' għajnuna lin-nies.


Jiena: Tajjeb ħafna u dan il-film fejn ħdimtuh?


Benji: Ħdimnih iċ-Ċittadella, Għawdex fis-sajf.


Jiena: Peress li inti kont il-protagonist, liema biċċa ħadt pjaċir taħdem l-iżjed?


Benji: F'dik il-biċċa li għint lit-tfal.


Jiena: Mela Benji grazzi ħafna talli lqajt l-istedina u talli ħadt il-ħin twieġeb!


Benji: Grazzi lilek!