Il-vaganzi tas-Sajf bdew fis-sitta ta' Ġunju.

L-aktar li ħadt gost huwa il-ħin li qattajt mal-kuġina. Tejdx kemm morna baħar ġewwa Pembroke flimkien!

Ta' kull filgħodu malli nqum kont nieħu l-kolazzjon filwaqt li nqalleb xi ftit fuq it-tablet. Wara kont nagħti daqqa ta' id lil ommi fil-faċendi tad-dar. Kont naħsel il-platti u t-tazzi li kien ikun hemm fis-sink tal-kċina, u kif ukoll naħsel il-ħwejjeġ. Ma' kienx jonqox li wara nonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt. U kif nista ninsa l-kejkijiet li kont naħmi flimkien ma ommi? Kienu jiġu vera bnini!

Jiena qrajt żewġ kotba ta'Marvel u kif ukoll xi kotba oħra li kont nissellef mil-librerija. Dan għax naf li l-qari huwa importanti ħafna u huwa tajjeb li naqra xi ftit kuljum.

Għalkemm il-vaganzi spiċċaw u erġajna bdejna skola, xorta waħda ninsab ferħan għax huwa ta' pjaċir tiegħi li mmur skola biex nitgħallem

Kif qattajt il-vaganzi tas-Sajf