Dakinhar li tlift rigal

Is-Sibt li għadda waslet il-ġurnata li tant kien ilni nistenna. Ġiet għalija n-nanna xi d-disgħa ta' filgħodu u tlaqna l-Belt Valletta b' tal-linja.


Ridt nixtri rigal speċjali għal ommi f'għeluq sninha. Dan l-aħħar ftit xhur, kont qed inġemma’ l-flus biex inkun nista' nixtrilha rigal mill-isbaħ. Kif wasalna l-belt, in-nanna ħaditni ġo ħanut tad-deheb. Kont indeċiża x'naqbad nagħżel għax kollox beda jogħġobni. Imma fl-aħħar, għajnejja marru fuq ġiżirana b'pendent forma ta' qalb li tal-ħanut qalli li nista' nnaqqax isem fuq il-qalb. In-nanna għoġbitha ħafna wkoll u qaltli biex niktbu isem ommi fuqha.


Kont ferħana se ntir għax kont ċerta' li dan ir-rigal se jogħġobha ħafna. Kif ħriġna mill-ħanut kelli ħafna ġuħ u n-nanna ħaditni ġo restorant. Wara li mlejt żaqqi, qbadna t-triq lejn id-dar. Kif konna fuq tal-linja, f'daqqa waħda indunajt li tlift ir-rigal. Sirt bajda karti bil-qatgħa u ddeċidejna li ninżlu minn fuq tal-linja u nerġgħu naqbdu oħra għall-Belt. Għajnejja fid-dmugħ, erġajna morna fir-restorant forsi xi ħadd sabu hemm.


B'xorti tajba, il-wejter kien sabu u refagħulna. In-nanna ħadet ir-ruħ u jien wkoll.