Ġest Sabiħ





Ġest sabiħ li jien naħseb li għamilt matul dawn il - vaganzi tal-Għid kien li ngħin lil ħija jaqra. Hu għadu year 1 u qed jitgħallem jaqra ftit ftit. Jien għażilt li nagħmel dan il- ġest għax ħija ma tantx jaf jaqra u kultant jaqta' qalbu. Biex ngħinu, użajt xi leħħiet li jien ppreparajt fuq kartonċina. Huwa beda juża dawni l-leħħiet flimkien miegħi biex jaqra xi kelmiet . Jien ħassejtni ferħana li ħija beda jaqra miegħi. Ħija ħassu ferħan ukoll li għamilt dan il-ġest miegħu. Filwaqt li kont qed nagħmel dan il-ġest sabiħ, jen naħseb li kont qed nuża xi kwalitajiet sbieħ u tajbin. Dawn huma li jien għent ħafna u ferraħt meta kont qed nuża l-ħin tiegħi għal ħaddieħor. Minn din l-esperjenza tgħallimt li meta nagħmlu l-affarijiet flimkien jista' aktar jirnexxielna nitgħallmu.

8