Fil-Kexxun ta' Ġina

Narratur: Fil-kexxun tal-iskrivanija ta' Ġina kien ħafna affarijiet. Fosthom kien hemm lapes u gomma.


Lapes: Bonġu Sinjura Gomma!


Gomma: Bonġu Sur Lapes!


Lapes: Kif inti llum?


Gomma: Mhux tajjeb wisq, m'hemm ħadd li jrid ikun il-ħabib tiegħi!


Lapes: Mhux ovvja! Daqskemm ilek ma tinħasel! Sirt sewda faħma!


Gomma: Skużani Sur Lapes, imm' int ma tantx int aħjar minni!


Lapes: Ehe? U jien x'għandi ħażin?


Gomma: Daqskemm qsart! Meta ġabitek hawn Ġina kont m'għola hawn, u issa qisek nanu!


Lapes: Minn daqshekk veru.


Gomma: Uuuu! Dik Ġina ma tiħux ħsiebna sew. Tgħidx kemm qed tużani bis-salvaġ. Dahri għadu qed juġgħani minn nhar il-Ġimgħa!


Lapes: Anke jien! Dejjem tgerrimli rasi, tgħidx x'iddamdam!


Gomma: Ġieli anke tħażżeż fuqi bil-pinna! Jien sirt l-ikreh gomma fl-iskola.


Lapes: Daqt taqsamni bil-forza kollha li tuża meta tikteb bija. Tgħidx kemm-il darba qasmitli saqajja.


Gomma: Ehe?! Ara istra! U jekk jinqasmu kif iġġibhom lura?


Lapes: Din agħar issa. Biex tkun tista' terġa' tużani ddaħħalni ġos-sinjura temprina u ddawwarni. Tgħidx kemm tweġġagħni!


Gomma: Aħħ!!


Lapes: Sinjura Gomma, ma nixtieqx inweġġgħek, int qed jaqagħlek ix-xagħar?