Artiklu tal-Milied


Il-Milied hi festa sabiħa ħafna. Din il-festa niċċelebrawha fl-24 u fil-25 ta' Diċembru. F'din il-festa, ħafna nies madwar id-dinja iżejnu djarhom bis-siġra tal-Milied u ħafna iktar dekorazzjonijiet oħra.


F'Malta, l-insara li jemmnu f'Ġesu', jiċċelebraw din il-festa billi jżommu lil Ġesu' fiċ-ċentru ta' din il-festa fejn ifakkru t-twelid ta' Ġesu' Bambin. Fid-djar tagħhom jagħmlu l-presepju, l-Bambin u jiżirgħu l-ġulbiena biex idawwruha mal-Bambin. Lejlet il-Milied ukoll imorru għall-quddiesa ta' nofs il-lejl.


Hemm diversi aktar drawwiet marbuta mal-festa tal-Milied. Fosthom huma xi ikel tradizzjonali bħall-pudina, kejkijiet u Christmas Log. Ħafna familji jorganizzaw ikliet u jagħtu r-rigali lil xulxin biex juru rispett, għaqda u imħabba lejn xulxin. Isiru wkoll xi festini għat-tfal f'dawn iż-żminijiet.


Fil-belt kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta jsiru ħafna attivitajiet marbuta mal-Milied. Iżejnu ħafna bid-dwal it-toroq prinċipali u l-ħwienet għax f'dan iż-żmien, in-nies imorru jixtru r-rigali u affarijiet li jkollhom bżonn. Din is-sena organizzaw Fairy Land li kienet attrazzjoni kbira. Ħafna familji żaru din l-attivita' u ħadu gost jirkbu l-attrazzjonijiet bħar-rota l-kbira u l-ġostra. Xi wħud stajt tarahom jieħdu r-ritratti u jixtru xi ikel mill-gabbani li kien hemm.


Din il-festa hija famuża madwar id-dinja kollha għax kull pajjiż għandu d-drawwiet tiegħu marbuta mal-Milied. Tista' tgħid li Santa Klaws jibqa' l-persunaġġ l-aktar favorit mat-tfal għax iġibilhom ir-rigali favoriti tagħhom.