L-Avventuri tal-Farfett


Kien il-Ħadd filgħodu u t-temp kien veru sabiħ u bnazzi. Mikiel flimkien ma' ħutu u l-ġenituri tiegħu marru l-Mużew tal-Istorja Naturali li hemm l-Imdina. Huma bdew iduru ħafna kmamar kbar mimlijin annimali bbalzmati u fdalijiet ta' annimali preistorici.


Mikiel l-aktar li kien interessat kien fis-sezzjoni tal-insetti u l-friefett. Meta waslu f'din il-kamru Mikiel ġab għajnejh wara widnejh. Kien hemm friefett ta' kull daqs u kulur, imma l-aktar wieħed li ġibidlu l-attenzjoni kien farfett kbir ta lewn ikħal. Hu baqa' jiċċassa lejh meta f'daqqa waħda dan il-farfett beda' jċaqlaq ġwienħajh sakemm fl-aħħar beda jtir u mal-ewwel tieqa miftuħa li sab tar u ħarab.


Mikiel mar jiġri jgħid lill-ġenituri tiegħu x'kien ra imma dawn kienu aljenati jaqraw fuq insetti li kienu jabitaw Malta snin ilu. Hu pprova jispjegalhom kif farfett li kien ilu aktar minn-mitt sena bbalzmat, kien irnexxielu jtir u jaħrab mit-tieqa. Huma spjegawlu li ma setgħax ikun u komplew iduru fil-muzew.


Filgħaxija l-papa' ta' Mikiel kien qed jara l-aħbarijiet u kien sorpriż mhux ftit meta sema' l-aħbar li farfett ħarab mil-Mużew tal-Istorja Naturali.