Zija li toqgħod l-Awstralja tixtieq tkun taf kif qed jiġi ċċelebrat żmien l-Għid f'Malta


5, Triq il-Kbira

Żejtun


15 ta' Marzu 2024


Għażiża zija,


Kif inti? Kemm ħadt gost naqra l-aħħar ittra li bgħattli li fiha int għidtli li trid issir taf kif ikun l-Għid f'Malta. F'din l-ittra se nagħtik ftit informazzjoni dwar l-Għid.


Bħalissa qegħdin fir-Randan u jkun hemm il-purċissjoni ta' Ħadd il-Palm u d-Duluri. Il-qofol jintlaħaq f'Ħamis ix-Xirka. Fih ikun hemm il-funzjoni tal-Ħasil tas-Saqajn li fiha l-qassis li qed jirrappreżenta lil Ġesu' fl-aħħar ċena, jaħsel saqajn ta' tnax-il persuna li jfakkruna fl-appostli. Ikun hemm ukoll is-seba' visti. Is-seba' visti li jkun filgħaxija, wara l-funzjoni tal-Ħasil tas-Saqajn, nżuru seba' knejjes u nitolbu dwar il-passjoni ta' Ġesu'. Minflok l-artal ikun hemm sepulkru mżejjen bi fjuri bojod.


Fil-Gimgħa l-Kbira nfakkru l-passjoni u l-mewt ta' Ġesu'. Dik il-ġurnata ma jkunx hemm quddies imma jkun hemm il-Funzjoni tal-bews tas-salib. Mal-ħoss kiebi taċ-ċuqlajta toħroġ il-purċissjoni. Il-purċissjoni jkollha vari bħal Ġesu' fl-art, il-bewsa ta Ġuda, il-Marbut, ir-Redentur, il-Veronica, Xmun iċ-Ċirinew, id-Duluri, il-vara l-Kbira, il-Monument u iktar. Ikun hemm nies libsin ta' persunaġġ Bibbliċi u baned idoqqu marċi funebri. L-atmosfera tkun waħda serja u xi naqra tad-dwejjaq.


Fl-Għid niċċelebraw il-qadwmien ta' Ġesu'. Ikun hemm purċissjoni bil-banda u l-istatwa tal-Irxoxt. L-atmosfera tkun ferriħija speċjalment fl-irħula li jiġru bl-istatwa. It-tfal żgħar ikollhom bajda biex tiġi mbierka mill-qassis.


Nispera li din l-informazzjoni li tajtek togħoġbok. Nixtieq li s-sena d-dieħla tqatta' l-Għid magħna.


Dejjem tiegħek,

Alessandro