31, Triq M. Gafa',

Zejtun, ZTN 2365.


30 ta' Novembru 2020.


Għażiż Nathan,


Kif int? Jien ninsab tajjeb. Illum se nkellmek fuq il passatemp tiegħi li hu l-arti.


Minn dejjem kont inħobb inpinġi imma għal dawn l-aħħar sentejn kont immur għal-lezzjonijiet tat-tpinġija. Bdejtu għax kien jinteressani, min dejjem xtaqt noħloq it-tpinġijiet teigħi u l-mama' qaltli biex immur inkompli nitgħallem.


Fl-arti tuża teknika differenti bħal marble, shapes, shading u 3D. Tista' tpinġi bil-lapsijiet, water colours, kuluri tax-xemgħa u markers. Tista' tħalli t-tpinġija bil-lapes ukoll. Biex titgħallem tista' tħares lejn artisti differenti.


L-aktar mod li nħobb inpinġi huwa l-effett marble għax il-kuluri jibdew jitħalltu fuq it-tila. Meta tlesti u tħalliha tinxef, il-kuluri jibqgħu l-istess imma mħalltin. L-arti togħġobni għax inħossni tajjeb fiha u nista' nkun kreattiv. L-għalliema hi kuntenta ħafna bija.


Tħajjart naqbad dan il-passatemp għax minn dejjem kont inħobbu. B'hekk dejjem irrid insir naf aktar biex insir aħjar. Dan il-passatemp nagħmlu waħdi u waħda mir-raġunijiet hija għax iktar nikkonċentra meta nkun waħdi u iktar nippjana malajr.


Jien ma naqsamx ix-xogħol fuq il-midja imma biss ma' tal-familja. L-għalliema tiegħi tħobb titfa' x-xogħol fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Nispera li ħadt pjaċir taqra din l-ittra.



Il-ħabib tiegħek,

Josef.