Il-Ħoss

Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin

rajt il-kelba tan-nannu Paris għax mhux soltu tiġri waħeda.


Sakemm konna qed nieklu l-figolla, erġajt smajt ħoss stramb, żgur ma kinitx Paris issa, għax ħdejja kienet rieqda. Jien ma tajtx kas għax umbagħad sirt naf li kien in-nannu tiegħi jsaqqi l-pjanti. Jien qbiżt minn fuq is-sodda u tlaqt niġri wara l-kelba.


Tant kont qegħda niġri, li kien hemm toqba u ma rajthiex! Jien u l-kelba waqajna fiha t-tnejn. Bqajna niżlin għal żewġ minuti sħaħ!! Fl-aħħar waqajna u ġejna ġo foresta. Kien hemm ħafna bajd u rajna l-'Easter bunny' li qalilna li ta' kull sena joħrog minn ġot-toqba biex iħalli l-bajd lili. Pero sakemm kont ħa ngħid kelma oħra, inqum u b'ħasda u nsir naf li din kienet kollha kemm hi ħolma!