Il- figolla ta' Mari !!

Figolla tajba u bnina,

mimlija bl-intrita tal-lewż pur,

b'riħa tfuħ taqsamlek qalbek,

tgħidli ħudni u pruvani.



Forma ta' fenek għandi jien,

b'ċikkulata bajda miksija jien,

mimlija b'ħafna mili,

għax hekk tħobbha Mari.

Imżejna b' vermiċelli kkuluriti,

b'bajda b'karta ħadra tleqq,

hekk żejnitni tfajla żgħira,

li għal qalbha hu t-tisjir.







Se tistenna sal-Irxoxt,

biex tberrikni fuq iz-zuntier tal- knisja,

qalb ħafna tfal żgħar u ħelwin,

se ssib lili ħelwa u bnina.

Wara t-tberik lili taqsamni,

biex ittiegħem it-togħma tiegħi,

tikolni biċċa biċċa,

sakemm fl-aħħar nispiċċa jien.