Pietru u l-ħallelin tal-Imdina


Darba kien hemm tifel jismu Pietru. Pietru kellu disa' snin. Jum fost l-oħrajn ommu talbitu jmur jixtri ftit ħalib. Fi triqtu lejn id-dar ra tliet irġiel b'saħħithom resqin lejh. F'daqqa waħda waqfu u staqsewh biex jaghtihom l-flus. Pietru twerwer u qalilhom li ma kellux flus fuqu. Fil-pront bdew isawtuh. Pietru ħares 'il fuq u ra kavallier riekeb żiemel. Pietru beda jibki għax beża ħafna. Ma kienx jaf li l-kavallier kien ser jgħinu. Il-kavallier resaq ħdejh, refgħu u tar bih fuq iż-żiemel. L-irġiel qalgħu daqqa ta' sieq mingħand iż-żiemel. Pietru wasal lura d-dar u rrakonta kollox lil ommu.