Djolagu bejni u n-nanna

IN-NANNA: Ħellow! Min hemm?


JIEN: Nann,jien Luca. Kif inti? Kollox sew?


IN-NANNA: Ħellow, qalbi. Jiena tajba, grazzi. U inti?


JIEN: Jien tajjeb ħafna. Ninsab ħerqan għax ħa nagħmlu festin għal papa'. Taħseb li tkun tista' tiġi?


IN-NANNA: Festin?! Meta se jsir?


JIEN: Ħa jsir nhar il-Ġimgħa fid-dar tagħna stess.


IN-NANNA:Il-mama' taf b'dan il-festin?


JIEN: Iva, kienet l-idea tal-mama' li nagħmluh.


IN-NANNA: Sippost m' għandi xejn dakinhar.


JIEN: Tajjeb ħafna, nann. Narak!


IN-NANNA: Perfett! Mela narak nhar il-Ġimgħa, qalbi. Sellili għal ommok.