L-Isport Favorit Tiegħi



L-għawm hu l-aktar sport għal qalbi u nixtieq li ma naqtgħu qatt. IL-ħabiba tiegħi kienet li inkuraġġitni biex nibda ngħum bħala sport. Bdejt minn eta' żgħira u tgħidx kemm nieħu ġost.


Għal dan l-isport għandu jkollok par goggils ħalli tara taħt l-illma, bord għal meta triq taqdef b'saqajk biss, paddles tal-idejn u net biex tpoġġi l-affarijiet fih. Ukoll biex tgħum trid malja apposta.


Wara li tkun għamilt ħafna taħriġ, jdaħħluk ġo klabb. Il-klabb tagħna huwa maqsum fi tlett kateġoriji skont l-eta' u l-abbilita'. Jien qegħda fil-grupp tan-nofs minħabba li għad għandi għaxar snin. Aħna nittrenjaw darbtejn fil-ġimgħa u meta tkun ġejja xi tellieqa nittrenjaw kuljum. Meta ninżel ngħum nħossni fis-seba' sema. Aktar ma tirbaħ tlielaq aktar tista' titla' fil-livel.


It-taħriġ jibda billi ngħum sitt dawriet mal-pool u wara tagħmel kemm tiflaħ dawriet b'saqajna biss. Biex nistrieħu jkollna erba' dawriet bil-mod. Qabel it-taħriġ fil-pool nagħmlu siegħa il-gym bħala 'warming up'.


Dan l-isport nħobbu wisq għax jagħtini saħħa u enerġija biex nkompli niffoka fuq l-affarijijet l-oħra.