Dawra żugraga.

Darba waħda kien hemm tifla jisimha Mary. Din it-tifla kienet tħobb toqgħod ġo kamartha. Darba minnhom kienet qegħda ġo kamartha taqra ktieb qadim fuq is-sodda.


F'daqqa waħda s-sodda bdiet iddur u tagħqad qisha żugraga. Mary dak il-ħin xejn ma bdiet tara ħlief il-kamra ddur biha. X'ħin waqfet sabet ruħha f'nofs it-triq f'pajjiż li ma kinitx taf bih. Dak il-ħin Mary kienet imbeżża' u n-nies bdew jippruvaw ikellmuha iżda hi ma' bdiet tifhem xejn għax in-nies t'hemm kienu jitkellmu bl-ispanjol.


Wara ħames minuti tersaq mara lejn Mary u bdiet tkellimha bl-ingliż u qaltilha li kienet qegħda ġo Spanja. It-tifla veru bdiet tifraħ u qalet lil din il-mara kif spiċċat hemmhekk. Il-mara qaltilha biex ma tinkwetax u li ħa dawwarha dawra madwar Spanja. Kemm ħadet pjaċir Mary! Dik il-ġurnata kienet tassew ferħana.


Iżda wara ġurnata ddur madwar Spanja, Mary kienet għajjiena u kien se jaqbad jidlam ukoll. It-tifla bdiet tippanikja imma l-mara qaltilha, "Tippanikja xejn. Kif ġejt trid terġa' tmur!"


Huma sellmu lil xulxin u t-tifla qaltilha, "Grazzi ta' kollox". It-tifla reġgħet intefgħet fuq is-sodda

taqra l-ktieb u s-sodda bdiet iddur u tagħqad

qisha żugraga.