DJALOGU BEJN ŻEWĠ ANNIMALI F'RAZZETT


BAQRA: Bonġu, kemm ilni mqajma mhux bħal xi ħadd għax għadu rieqed!


ĦANŻIRA: Int għalija qegħda tgħid, dejjem moħħok fija u tara x'ser tivvinta fuqi.


BAQRA: Dejjem hekk sejra inti... għax sidna dejjem lili jiġi jqajjem.


ĦANŻIRA: Jiena ftit indum rieqda aktar minnek għax jiġi biex inaddaf!


BAQRA: Lili jqajjimni aktar kmieni għax ikun irid ilesti biex jieħu l-ħalib fil-fabbrika tal-ħalib.


Ħanżira: Inti iżjed xortik tajba minni għax lili jeħduni għall-qatla fi ftit żmien ieħor.


BAQRA: Aħfirli u nitolbok skuża tal-kliem li għidtlek. Dik hi l-ħajja tagħna!


ĦANŻIRA: Sewwa qed tgħidli għalhekk mil-llum 'il quddiem nibqgħu ħbieb għax ma tantx għad fadallek żmien biex ninfirdu.


BAQRA: Nerġa' nitolbok skuża jekk bil-kliem li għidtlek weġġajtek u nitlob li la titlaq inti tiġi ħanżira oħra dħulija bħalek.