L-ASPIRAZZJONIJIET U L-Ħ0LM TIEGĦI GHAL-FUTUR.


Għalkemm għadni żgħir xorta waħda naħseb ħafna fuq il-futur tiegħi. Fil-futur għandi xewqa kbira li nsir pulizija. Peress li nħobb ħafna l-isports ukoll ġieni ħsieb li insir għalliem tal-PE.


Ix-xewqa li nsir pulizija bdiet meta ftit tas-snin ilu fil-karnival kont ilbist ta' pulizija. Waqt li kont għaddej mill-Belt Valletta waqqafni pulizija u tellagħni fuq il-mutur tiegħu. Ħabib tagħna li wkoll huwa pulizija ħadni nofs ta' nhar miegħu d-Depot tal-pulizija biex nara eżatt x'inhu x-xogħol ta' pulizija. Huwa beda jdawwarni mas-sezzjonijiet differenti. Huwa kien ħadni ukoll fejn iżommu ż-żwiemel tal-kavallerija kif ukoll fejn iżommu l-klieb tagħhom. Ħadni ukoll fejn iżommu l-muturi u l-karozzi. Għalkemm nimmaġina li hu xogħol iebes u perikoluż huwa xogħol ta' sodisfazzjon speċjalment meta ssolvi xi każ.


Ħolma oħra li għandi u ilha ġo fija minn meta kont żgħir hija li nsir qaddief. Minn eta' żgħira kien jogħġobni dan l-isport u għandi seba' mitt sena sakemm nikber u nipprattika dan l-isport li tant inħobb. Dan l-isport huwa diffiċli ukoll għax kemm fix-xita u kemm fix-xemx trid titħarreġ.


Dawn huma l-aktar żewġ affarijiet li nixtieq nagħmel fil-futur u ser naħdem kemm nista' biex il-ħolm tiegħi iseħħ.