Tifsira tal-ktieb

L-isem tal ktieb huwa 'Pedra Tmur Tesplora'. L-awtriċi hija Natalie Portelli u l-illustratur huwa Mark Anthony Vella. Il-karattri prinċipali huma Pedra, Roberta, iz-zija u l-ħbieb.


Darba kien hemm tiġieġa li kien jisimha Pedra. Din kienet tiġieġa li titkellem għalkemm kienet tiġieġa normali bħall- oħrajn. Pedra kienet tispiċċa titkellem waħedha għax in-nies qatt ma kienu jifhmuha. Hi kienet tgħix ġo gallinar ma' ħafna tiġieġ oħra. Dejjem kienet tipprova tgħid lil sħabha biex ma jibżgħux meta jiġu n-nies biex jeħduhom. Imma darba waħda kien imiss li jieħdu lil Pedra. Għall-ewwel beżgħet xi ftit imma imbagħad drat toqgħod magħhom. Roberta; sid Pedra ppruvat tieħu lil Pedra l-bandli ma' sħabha u dawn tghidx x'ghamlulha lill-povra tiġieġa. Bdew jaħsbuha xi pupa jbandluha bis-salvaġġ minn naħa għall-oħra.Waqt li kienu l-bandli kien hemm anke tifel li mar jgħajjat li hi t-tiġieġa tiegħu.


Fl-ahhar l-istorja spiċċat billi Roberta ddecidiet li żżommha hi lil Pedra u lit-tiġieġ l-oħra kollha fil-gallinar.


Jiena nirrakkommanda li taqraw dan il-ktieb ghax hija storja vera ħelwa fuq il-ħajja ta' kif tgħix tiġieġa!!


Melissa Farrugia Year 5.1 Red