Is-sigriet tas-senduq tan-nannu


L-awtriċi hija Natalie Portelli u l-illustratur huwa Mark

Anthony Vella. Il-karattri ta' dan il-ktieb huma n-nannu

Ċensu, Sonya, Stefan, Michelle, Michael, Zuz, in-nanna

Mari, Martin u Toninu.



Din l-istorja hija dwar żewġt itfal li jisimhom Sonya u Stefan li huma aħwa. Dawn kienu ħbieb ma' Michael u Michelle illi dawn kienu aħwa wkoll. Dawn it-tfal kienu tant ħbieb illi kienu dejjem iqattgħu l-vaganzi tas-sajf flimkien. Darba minnhom, Sonya u Stefan stednuhom biex iqattgħu madwar ġimgħa flimkien għand in-nanniet tagħhom, in-nanna Mari u n-nannu Ċensu. Il-ħbieb tagħhom kienu pronti ġabu l-permess tal-ġenituri tagħhom biex imorru ma' sħabhom. Sakemm damu għand in-nanniet, irnexxilhom isibu mappa ta' teżor li n-nannu tagħhom ma kienx jaf biha.


Huma bdew avventura bejniethom fuq kif setgħu isibu dan it-teżor. Huma kellhom poeżija miktuba li kien fiha ħjiel. It-tfal spiċċaw biex marru l-Belt man-nannu, biex sakemm hu jlesti l-qadjiet tiegħu, huma setgħu joqogħdu jfittxu. Darba waħda raqdu kollha kemm huma għand il-ħabib tan-nannu li kien joqgħod il-Belt u n-neputi tal-ħabib tan-nannu (Martin) għenhom aktar tant li rnexxilhom isibu teżor mimli muniti antiki. Meta fl-aħħar qalu din l-esperjenza lin-nannu tagħhom, hu qalilhom li kien ilu jfittex dan it-teżor minn meta kien żghir.


Jiena nirrakkommandah dan il-ktieb għax fih ħafna avventuri li jgħaddu minnhom dawn l-erbat iħbieb.