Il-magna taż-żmien


Sena ilu mort passiġġata mal-ħabib tiegħi. Ilni nafu seba' snin. Biex naslu sal-post morna bil-karozza blu u kbira li taħdem bl-elettriku. It-temp kien tajjeb u bnazzi. Iddeċidejna li mmorru r-Rabat.


Ma' ħajt rajna buttuna ħamra u tonda u aħna għafasniha.Ma kellniex ideat u ma bżajniex. X'ħin għafasna l-buttuna, spiċċajna ġo foresta mimlija dinosawri. Jiena u l-ħabib tiegħi ndunajna li qegħdin ġo foresta mimlija dinosawri ta' kull daqs għax kien hemm passi enormi. Aħna twerwirna x'ħin rajna dawk il-passi friski. Aħna u nimxu, rajna ħafna dinosawri differenti. Kien hemm minnhom żgħar u oħrajn kbar imma li rajna, l-ebda wieħed minnhom ma kien perikoluż.


Ftit minnhom għarafthom mil-kotba li qrajt. Wieħed minnhom kien 'Triceretops' u l-ieħor 'Stegesaoras'. Dawk huma erbivori. F'daqqa waħda ħbatt ġo T-Rex u dan qam mill-ewwel. Beda jiġri warajna b'kemm kellu saħħa biex jikolna għax kellu l-ġuħ. Aħna staħbejna ġo għar kenni. Ġo l-għar kien hemm l-għadam ta' dinosawri oħra u staħbejna warajhom. X'ħin rajna li T-Rex telaq, ħrigna minnufih mill-għar u ġrejna lejn il-buttuna biex nagħfsuha biex immorru lura fi żmienna.


Il-foresta ta' dinosawri vera għoġbitna u nixtiequ nerġgħu mmorru xi darba oħra!



Ryan Mifsud