META QABDET ID-DAR TAGĦNA.



Darba fost l-oħrajn jiena u familti morna ġurnata l-baħar maz-zjijet u l-kugini. Kienet ġurnata sabiħa iżda kollox sfaxxa fix-xejn hekk kif wasalna lura d-dar.


Meta wasalna d-dar rajna xi ħaga mhux mistennieha. Rajna d-dar taqbad bin-nar. Ma stajniex nemmnu l-għajnejna b'dak li kien qed jiġri.













Missieri malajr ħareġ il-mowbajl u ċempel għall-pumpiera. Fil-bogħod smajna kelb jinbaħ. Ħarisna f'kull tieqa u rajnieh fit-tieqa tal-kamra tas-sodda tiegħi. Bdejt naħseb kif nista' mmur għalih.


F'ħakka t'għajn ġew tat-tifi tan-nar. Harġu pajp twil u oħxon u bdew jippruvaw jitfghu u jikkontrollaw in-nar bl-ilma. Malajr għedtilhom li kellna l-kelb jinbaħ fit-tieqa. Wieħed minnhom, ħareġ sellum twil u malajr tela' biex jsalvah. Kemm ferfer denbu x'ħin kien f'idejja.


Xħin tfew in-nar u daħlu jiċċekkjaw jekk hux kollox sew, staqsejniehom minn fejn kien beda n-nar. Mill-investigazzjoni sabu li xi ħadd kien ħalla l-kitla taghti fuq in-nar u din qabdet.


Il-mama' u l-papa' minn dakinhar qatt ma ħarġu mid-dar qabel jiċċekkjaw li hemm kollox mitfi u sew.

Mit-tieqa tal-kċina kien ħiereġ ħafna duħħan u nar. Il-ħġieġ tat-tieqa kien kollu mkisser. iżda stajna ninnutaw li n-nar ma kienx nfirex mad-dar kollha.


Bdejt nhewden u bejni u bejn ruħi bdejn naħseb x'seta' kien li qabbad in-nar. Lil ommi u l-missieri qatt ma kont rajthom b'dik l-espressjoni tal-biża' fuq wiċċhom. Kellhom wiċċchom abjad karti u ġisimhom mqajjem xewk xewk.