20/4/2021 Familja ġdida għal Ken


Kien it-Tnejn filgħaxija wara x-xogħol u kienu qegħdin jieklu insalata tat-tiġieġ. Is-sinjura Borg xagħlet it-televixin u kien hemm reklam dwar l-addozzjoni. Is-sinjura Borg kellmet lil żewġha u ddeċidew li jaddottaw.



Is-sinjura u s-sinjur Borg marru għand in-nutar biex jiffirmaw xi karti biex jaddottaw xi tifel jew tifla. Huma kellhom isiefru l-Indja biex ikunu jistgħu jaddottaw tifel jew tifla. Is-sinjuri Borg kellhom tlett ijiem fl-Indja.Fl-aħħar ġurnata addottaw tifel jismu Ken. Ken kien tifel żgħir, kellu ħames snin u kien tifel dejjem bid-daħka fuq wiċċu.


Wara s-sinjuri Borg reġgħu lura Malta flimkien ma' Ken. X'ħin waslu Malta,kien tard u kien ħin tal-ikel ta' filgħaxija.Is-sinjura Borġ marret fil-kċina ssajjar u meta kien lest bdew jieklu flimkien.Għall-ewwel Ken kien mistħi ħafna ,imma maż-żmien beda jidra.Wara li Ken derha fil-familja u Malta, is-sinjuri iddeċidew li jixtrulu kelb żgħir ħafna. Il-kelb kien iswed u gustuz ħafna.Ken kien ferħan se jtir!