8

Ir-robot

Ma stajtx nemmen lil għajnejja u lil widnejja meta rajtha.

Kienet robot kbira u twila iktar minni u malli lemħitni nittawwal mill-bieb qaltli '"Hello, jiena Sarah ir-robot li taf tagħmel kollox".




Sarah twila tliet metri aktar minni. Hi magħmula mill-elettriku u stainless steel u rasha u żaqqha huma kwadri. Għandha ħafna kuluri fosthom oranġjo, blu, vjola, aħdar u aħmar. Taħdem bl-elettriku għax tagħmel affarijiet bl-elettriku. Hi taf issajjar, taħsel u ħafna aktar affarijiet. Sarah titkellem b'ħafna lingwi differenti fosthom Taljan, Ingliż, Franċiż, Ciniż u Malti. Lili toghġobni għax għandha l-buttuni u swiċċ biex meta tgħajja nitfieha. Ħaġa waħda ddejaqni li tagħmel ħafna storbju. Jiena kieku nieħu gost jekk tkun tiegħi.



Kemm hi ħelwa din Sarah. Illum jiena u hi sirna ħbieb kbar u ma jista' jifridna xejn u ħadd.