Jien noqgħod fi triq jisimha Triq il-Marloġġ. Din it triq hija waħda mill- agħar ghax storbjuża, maħmuġa,mudlama u kerha.Din it-triq hija wkoll twila u wiesgħa.


Ġo din it-triq jgħixu l-agħar nies bhal Tony Spitz, dan huwa wieħed mill- ġirien.Tony għandu ġilda bajda karti. Dan jgħix waħdu u għalhekk vera antipatku, l-ħin kollu jitkellem bl-Ingliż. Ma ġenbi hemm dar antika tal-injam. Ġo fiha jgħixu familja Niġerjana. Dawn għandhom ġilda sewda faħma. Il-ġenituri jisimhom is-Sinjur Lamus Mustafa , is-Sinjura Basra Mustafa ,t-tifla jisimha Karna u t-tifel jismu Mahmud. Fit-triq jgħix ukoll raġel Malti xiħ , maħmuġ, injorant u traskurat. Dan jismu Ġuzeppi.


Darba kien hemm grigalata u peress li parti mid-dar antika tiegħi magħmula mill-injam ,x'ħin bdit nieżla x-xita daħalli ħafna ilma. Mhux hekk biss imma minħabba t-traskuraġni tal-ġirien maħmuġin l-għandi fit-triq , it-triq kienet mimlija b'ħafna nemel ,wirdien u ġrieden li kienu jgħixu fiż-żibel li kienu jarmu barra dawk il maħmuġin. Dawn kif bdiet niżla ix-xita bdew diħlien fid-dar tiegħi minn kull xaqq u toqba li sabu. Bdejt ngħajjat u nwerżaq qisni miġnuna u ġrejt il-barra mid-dar b'panik kbir fuqi .Mort inħabbat lil ġirien biex jgħinnuni inkeccihom il-barra imma dawn minflok għinuni bdew jirrabjaw miegħi u qaluli biex il-problemi tiegħi insolvihom jien mhux immur ngħid lilhom.

X'ħin smajt hekk għamilt qalbi sewda u issa għandi seba' mitt sena biex nitlaq minn din it-triq maħmuga .


It-Triq tieghi