Darba kont miexja waħdi fil-kampanja u f’daqqa waħda ħassejt lil xi ħadd jiġbidni min wara.Ħarist malajr u rajt ġgant.


Dan il-ġgant kien kbir u kattiv widnejh kienu ‘l barra u għajnejħ kienu żgħar.Daqs kemm kien kattiv li ħadni ġo daru.Jiena saqsejt għala u hu rrispondini ‘in-nisa għadek ma’tafx x’għamluli għax kienu kattivi ħafna miegħi’ ried ipatti.


Meta għedtlu li mhux kull nisa huma l-istess ħafirli u sirna ħbieb.Ħadtu fuq il-bejt tad-dar tiegħi tajtu x’jekol il-laħam tal-ikla ta’ filgħaxija. Il-ġgant ma kellux isem allura tajtu wieħed jien u kien ġgantinu.


Kont qed inħabbel rasi jekk inżommux jew le imma waqt li għadda lewwel lejl iddecidejt li nżommu.Laqqajtu mal-familja tiegħi u ħadu pjacir bih allavolja kien it-triplu tiegħi.Mort nixtrilu kutra kbira u saqqu kbir biex jibqa’ jorqod fuqu.


Fl-aħħar mill-aħħar sirna ħbieb kbar u se nibqgħu ħbieb ta’ veru.