Daħna bajda misterjuża.


Kienet ġurnata sajfija u jien kont mistieden biex immur norqod għand il-kuġina tiegħi, Għawdex.


Jien wasalt għandhom filgħaxija. Wara li kilna ddeċidejna li nitilgħu fuq il-bejt għall-frisk. Waqt li konna qed naraw dawk il-veduti sbieħ u dak in-nar sabiħ tal-festi tas-sajf, wieħed mill-kuġini lemaħ daħna bajda kbira. Aħna nżilna niġru minn fuq il-bejt biex naraw x'kien ġara. Kif wasalna fuq il-post ma rajna lil ħadd ħlief id-daħna bajda.


F'daqqa waħda bdew ġejjin ħafna nies u aħna tlabna għall-għajnuna. Aħna smajna waħda mara tgħid li ftit qabel rat tifel jilgħab b'murtal użat u qalet li t-tifel mar jilgħab bih ġol-għalqa. Għall-ewwel in-nies bdew jaħsbu li t-tifel ġralu xi ħaġa. Wara ftit ħin ta' tfittxija sabu lit-tifel jibki wara siġra tal-bajtar.


B'hekk it-tifel tgħallem li qatt m'għandu jilgħab man-nar u dik kienet id-daħna bajda misterjuża li rajna minn fuq il-bejt.