L-Annimal Li Għandna D-Dar





Jiena nħobb ħafna l-annimali għax huma kreaturi bħalna. Jien id-dar għandi ħafna annimali imma se ngħid fuq il-fenek li jismu Bambam u għandu sitt xhur.


Il-fenek xtrajtu mingħand ħanut tal-annimali għax kont ili ħafna żmien irrid fenek. Hu għandu l-pil kannella u widnejh twalu għal ponta. Tant hu żgħir li qisu tikka. Bambam iqalleb kullimkien għax jiġri daqs għażżiela.


Il-fenek joqgħod ġo gaġġa kbira u għandu post fejn jorqod u jilgħab ġol-gaġġa. Hu għandu biċċa zokk u joqgħod jilgħab miegħi ukoll billi joqgħod jiġri warajja.


Innaddaflu kull tlitt ijiem, u meta nlesti x-xogħol tad-dar noħorġu fuq. Jiġġennen meta jarani bl-ikel f'idejja u ġieli

fetaħ il-gaġġa. Jien nagħtih jixrob ukoll. Meta jkun ma jiflax nieħdu għand il-veterinarju.


Jien inħobb ħafna lil Bambam għax iżommli kumpanija. Għalija hu vera speċjali għax qisu ħija daqskemm iħobbni. Jien nixtieq nagħmel appell biex ma naħqrux l-annimali għax huma għandhom qalb u jħossu bħalna.