Dun Ġorġ Preca




Dun Ġorġ Preca twieled 12 ta' Frar 1880, fil-Belt Valletta imma trabba il-Ħamrun. Hu u ħuthu irċievew trobbija nisranija mingħand il-ġenituri tagħhom. Missieru kien spettur tas-saħħa u ommu kienet għalliema.


Hu kien jattendi l-iskola tal-Istat bħal kull tifel ieħor u kellu tfulija normali imżewqa b’xi brikkunati wkoll! L-edukazzjoni tiegħu tkompliet fis-Seminarju, fejn beda l-kors biex isir saċerdot. Iżda sfortunatament Dun Ġorġ marrad serjament bit-tuberkolożi tal-pulmun u kien kważi se jmut. Imma hu rkupra u kien ordnat saċerdot, u baqa’ jgħix b’pulmun wieħed.Dun Ġorġ Preca kien il-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l- Mużew.



Il-Beatifikazzjoni tiegħu saret fid-9 ta' Mejju 2001, f'Malta minn Papa Ġwanni Pawlu II il-Quddiesa tal-Beatifikazzjoni saret fuq il-fosos tal-Furjana. Il-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca giet iccelebrata f'san Pietru fil-Vatikan nhar il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2007 mill-Papa Benedettu XVI. San Ġorġ Preca kien l-ewwel qaddis Malti, għadu magħruf bl-imħabba kbira mill-Maltin bħala “Dun Ġorġ”.